Maltese FAQs

Min huma l-ElectroGas Malta Ltd u x’inhu l-għan prinċipali tagħhom f’Malta?

L-ElectroGas Malta Ltd hija entità privata, inkorporata fl-2014, responsabbli għall-kostruzzjoni u l-operazzjoni għall-Power Project tal-LNG ta’ Malta, biex jipprovdu elettriku lill-Gżejjer Maltin b’mod sigur u ta’ min jorbot fuqu.

Id-disinn tal-faċilitajiet bdew lejn l-aħħar tal-2013 wara li ntemm il-proċess tal-offerti tal-Enemalta fejn dakinhar kien intagħżel il-konsorzju tal-ElectroGas Malta. Il-kostruzzjoni bdiet billi tneħħa l-impjant tal-elettriku u s-siti tar-rigassifikazzjoni fix-xitwa tal-2014. Il-faċilitajiet se jibdew bl-operazzjonijiet inizjali tagħhom fl-2016.

Il-faċilitajiet tal-ElectroGas Malta jikkonsistu f’erba’ partijiet prinċipali. L-ewwel nett hemm il-Floating Storage Unit (FSU) li hu vapur tat-tagħbija li jġorr l-LNG li kien konvertit speċifikament għal dan il-proġett. L-FSU se jkun irmiġġat fuq moll mibni apposta biex iġorr l-LNG għall-art biex hemmhekk jinbidel f’gass. Il-bini fejn isir dan il-proċess huwa t-tielet parti prinċipali ta’ dawn il-faċilitajiet u hu hawn fejn l-LNG jkun mibdul lura f’gass naturali, fjuwil nadif alternattiv għal Malta. Dan il-gass naturali jgħaddi minn pajpijiet lejn il-units tal-Enemalta D3 u wkoll lejn id-D4 , turbina ġdida li taħdem bil-gass, u r-raba’ komponent tal-installazzjoni tal-ElectroGas Malta. Is-Siemens Industrial Turbines iddisinjaw tliet turbini SGT800 li huma effiċjenti ħafna u flessibbli, li lkoll għandhom bypass stack individwali u HRSG li wara jikkumbinaw biex jgħaddu l-fwar f’turbina waħda SGT900 li taħdem bil-fwar.

Hemm tliet azzjonisti fl-ElectroGas Malta li għandhom l-istess ammont ta’ ishma. Dawn huma Siemens Project Ventures GmbH (SPV), SOCAR Trading SA u GEM Holdings Limited.

Kemm hemm bżonn art għal faċilità ta’ LNG?

L-ammont ta’ art meħtieġ għal faċilità ta’ LNG jiddependi minn kemm int tkun trid taħżen fi żmien partikulari u dan jiddependi għal xiex tkun trid tużah. Se jintuża il-gass naturali li jittieħed mill-imħażen tal-LNG biex jaħdmu żewġ power station units lokalizzati f’Delimara.

Peress li l-ispazju tal-art f’Malta hu limitat ħafna, u minħabba l-istudji inizjali li saru dwar is-sigurtà fuq il-proġett, il-mod magħżul għall-ħażna għall-proġett tal-ElectroGas Malta hu fuq l-FSU (il-Floating Storage Unit). Dan ifisser li aħna ma jkollniex bżonn li nieħdu spazju fuq l-art għal din il-ħażna, imma jkollna bżonn biss art għar-rigassifikazzjoni. Aħna kapaċi naħżnu 125,000 metri kubu ta’ LNG b’mod sigur abbord l-FSU. L-LNG jitgħadda minn pajpijiet għal fuq l-art għar-rigassifikazzjoni.

Il-faċilità fuq l-art għall-gass fiha madwar 8,000 metri kwadri b’pipeline li jgħaddi l-gas liż-żewġ power plants D3 u D4. L-impjant D4 tal-ElectroGas Malta mibni minn Siemens jokkupa madwar 12,000 metri kwadru.

Fattur importanti meta kien qed jinbena dan l-impjant kien li jillimita l-footprint u l-impatt ambjentali. Kieku l-impjant kellu jkun kollu kemm hu fuq l-art, anki bit-tankijiet tal-LNG, l-impjant kien ikollu jikber aktar mid-doppju tad-daqs tiegħu ta’ bħalissa. Dan kien il-fattur integrali li wassal għad-deċiżjoni biex jintuża l-FSU għall-ħażna tal-gass.

Kif intagħżlet il-lokalità ta’ Delimara u għaliex għandha potenzjal?

L-istudji li saru qabel ma sar il-proċess għall-offerti għal dan il-power station identifikaw żewġ siti potenzjali. Wieħed kien fil-Marsa fejn hemm il-power station u l-ieħor kien f’Delimara. Fl-aħħar nett intagħżlet Delimara bħala l-għażla preferita.

L-elementi prinċipali meħtieġa għat-twaqqif tal-faċilità tagħna huma:

  1. Aċċess għall-baħar għal bini ta’ moll: malli kien identifikat li l-għażla preferita biex jinġieb il-gass naturali u l-enerġija nadifa għal Malta kienet tal-LNG, kienet meħtieġa lokalità biex fiha jitwasslu l-vapuri li jġorru l-LNG. Dawn il-vapuri kien ikollhom ikunu rmiġġati ma’ moll mibni apposta biex jieħu l-LNG skont l-istandards u l-kodiċi relevanti. Fil-fatt fit-terminal tagħna il-vapur bl-LNG se jirmiġġa mal-FSU u jsir trasferiment li hu magħruf bħala Ship-to-Ship.
  2. Protezzjoni minn temp ikrah: il-bajja ta’ Delimara tipproteġina mid-direzzjoni tal-irjiħat li jaħkmu l-inħawi u ElectroGas Malta ikkummissjonaw sistema ta’ rmiġġ biex tkun tiflaħ għal maltempati koroh fl-inħawi tal-bajja imma jagħmilha bla periklu ’l barra mill-moll.
  3. Aċċess għall-ilma baħar li l-impjant tal-enerġija juża bħala coolant, u li l-impjanti tar- rigassifikazzjoni tal-LNG jużaw attwalment biex isaħħnu l-LNG u jġibuh lura f’gass.
  4. Aċċess għal network tal-elettriku: meta jkun hemm aċċess li jintlaħaq faċilment biex jintbagħat l-elettriku mill-impjant dan hu tassew bżonjuż għax jevita li jkollok tħaffer distanzi twal biex tagħmel konnessjonijiet ġodda.
  5. Aċċess biex oġġetti kbar ta’ tagħmir ikunu jistgħu jittieħdu fis-sit bla tbatija ta’ xejn.

Għaliex l-LNG hu preferut għall-operazzjoni l-ġdida?

Il-gass naturali hu alternattiva nadifa għal kull fjuwil ieħor li ġej mill-fossili.

Il-proġett tal-ElectroGas Malta, billi jużaw il-gass naturali għad-D3 u għad-D4, se jtejbu l-ambjent naturali ta’ Malta billi jnaqqsu l-emissjonijiet b’50% u ta’ materjal partikuli b’90% meta mqabbel mat-taħlita għall-enerġija li kienet tintuża mill-power station ta’ qabel.

Id-D4, li huma CCGT, kapaċi wkoll li jtejjeb l-ambjent billi jopera b’effiċjenza kbira ta’ madwar 53%. Dan ifisser li kapaċi jkollu l-istess ammont ta’ output ta’ enerġija billi juża anqas fjuwil minn unit ieħor li hu inqas effiċjenti.

Imma l-problema għall-użu tal-gass naturali huwa kif jitwassal lejn Malta. L-LNG huwa gass naturali u mkessaħ sakemm jinbidel f’likwidu. Hu importanti li wieħed jinnota li dan ma jkunx ippressat imma mkessaħ. U waqt il-proċess tat-tkessiħ jinxtorob b’fattur ta’ 600, li jfisser li f’kull metru kwadru jista’ jinħażen aktar fjuwil. L-LNG hu trasportat u maħżun bla periklu u effiċjenti f’kull parti tad-dinja u huwa soluzzjoni tajba għal Malta.

Għaliex l-LNG jkollu jkun maħżun fuq vapur?

L-LNG hu gass naturali li hu mkessaħ u mibdul f’likwidu. Jagħmluh f’likwidu biex ikun jista’ jinħażen aħjar (jieħu madwar 600 darba inqas spazju mill-gass proprju) u biex ikun trasportat (hu inqas ta’ periklu meta jkun likwidu għax ma jistax jaqbad jew jisplodi).

L-LNG hu trasportat f’vapuri mibnija apposta u huma state-of-the-art. Hawn madwar 370 vapur li jġorru l-LNG. It-tankers kollha tal-LNG għandhom żewġt ibwieq għal aktar saħħa u ammont akbar ta’ insulazzjoni fit-tankijiet biex iżommu l-LNG kiesaħ f’temperatura ta’ madwar -165 ̊Ċ.

Il-vapuri tal-LNG huma l-aktar vapuri b’saħħithom, l-aktar siguri u l-aktar teknoloġikament avvanzati fid-dinja. Huma mgħammra b’sistemi sofistikati għall-monitoraġġ tal-merkanzija u b’apparat speċjali għall-manuvrar waqt it-tbaħħir. L-ivvjaġġar tal-vapuri b’LNG għandu rekord eċċellenti ta’ sigurtà: f’45 sena qatt ma kien hemm inċidenti kbar u qatt ma kien hemm ħruġ ta’ LNG matul 151 miljun mil ivvjaġġati f’aktar minn 135,000 vjaġġ.

X’passi se tieħu ElectroGas Malta biex tassigura li l-proġett il-ġdid ta’ Delimara jkun sigur u ta’ fiduċja għal Malta u l-poplu?

Il-prijorità numru wieħed ta’ ElectroGas Malta huma s-sigurtà u l-ambjent. Ir-responsabbiltajiet tagħna biex nimmaniġġjaw is-sigurtà u l-ambjent nilħquhom b’modi differenti:

Disinn

Fl-istadju tad-disinn tal-faċilitajiet, id-disinji kollha kienu mistħarrġa minn Hazid u Hazop. Dan l-istħarrig iħares lejn xenarji, il-possibbiltà li jseħħu dawn ix-xenarji u x’impatt ikun. B’riżultat ta’ dan l-istħarriġ ta’ Hazid u Hazop, kull ħaġa li kienet identifikata li ħtiġilha modifikazzjoni ntbagħtet lura biex tinbidel fid-disinn. Matul dan il-proċess, ir-rapporti dwar is-sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskji ntbagħtu wkoll lill-Awtoritajiet skont kif hemm maqbul fir-regoli u l-istandards internazzjonali li jirregolaw l-industrija tal-gass kif ukoll mal-COMAH, is-Seveso III u r-regolamenti ambjentali.

L-istudji dwar il-baħar, il-moll u d-disinn tal-irmiġġ tal-FSU u l-valutazzjoni tar-riskji marittimi saru minn Matin, espert indipendenti li jispeċjalizza f’dan il-qasam.

L-ittestjar

Matul l-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet kienet għaddejja l-ħin kollu sistema ta’ testjar biex ikun assigurat li l-operazzjoni tkun bħalma hi maħsuba u li l-apparat ikun jista’ jintuża mill-ewwel. L-ittestjar isir kollu bi standards u kodiċi internazzjonali biex dak li jsir juri li l-faċilitajiet huma lesti għall-operazzjonijiet li jistgħu jkunu kwantifikati u mqabbla mar-riżultati mistennija.

Operazzjonijiet

L-ElectroGas Malta, minbarra l-esperjenza in-house, se jużaw tliet operaturi differenti biex jassiguraw li l-operazzjoni u l-manutenzjoni issir dejjem minn staff imħarreġ tajjeb u kompetenti.

L-operazzjonijiet, l-HSE u l-manutenzjoni u s-sigurtà isiru mill-operaturi rispettivi, appoġġjati minn u f’komunikazzjoni mill-qrib mat-tim tekniku tal-ElectroGas Malta. Kull impjant tar-rigassifikazzjoni, il-moll u l-FSU ikun mgħasses 24/7. Il-faċilitaijiet jitħaddmu b’regolamenti stretti li jirregolaw installazjonijiet marittimi tal-gass. Barra minn hekk soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni esperti u verifiki esterni se jiżguraw operazjonijiet siguri. Il-faċilità tal-jetty u r-regas hi amministrata u ddisinjata bl-istandards tal-ISO u dawn jimmiraw li jilħqu ċ-ċertifikazzjoni għal dawn l-istandards fl-inqas żmien possibbli.

Il-proċeduri standard tal-operazzjonijiet tagħna, il-proċeduri tal-emerġenza u d-dokumentazzjoni dwar inċidenti maġġuri u t-testijiet mhumiex dokumenti statiċi imma jkunu riveduti u jinżammu kurrenti f’linja ma’ kif inhi l-prattika fl-industrija.

L-ESB International se topera u tmanti s-sezzjoni tal-impjant li jiġġenera l-elettriku fil-faċilitajiet. L-ESB International hija kumpanija magħrufa mad-dinja u għandha taħlita ta’ power stations tagħhom stess u dawk li joperaw u li jagħmlu l-manutenzjoni tagħhom.

Reganosa se joperaw u jieħdu ħsieb il-parti tar-rigassifikazzjoni u l-moll. Reganosa għandhom terminal tal-LNG fi Spanja u li joperawh. Għalhekk se jġibu magħhom is-sistemi kollha tas-sigurtà meħtieġa hawn Malta.

Bumi Armada se joperaw u jieħdu ħsieb l-FSU. Bumi Armada huma s-sidien tal-FSU li qiegħed jinkera minn ElectroGas Malta. Għalhekk huma l-aktar teknikament kompetenti biex jagħmlu l-manutenzjoni u joperaw l-impjant tagħhom stess. Bumi Armada joperaw u jagħmlu l-manutenzjoni ta’ flotta ta’ FPSO madwar id-dinja kollha.

Aktar minn hekk, ElectroGas Malta qed taħdem mill-qrib mas-CPD, l-OHSA, it- TM u l-ERA biex tagħmilhom familjari mal-impjant u biex jaraw li l-impjant jilħaq ir-rekwiżiti kollha ta’ Malta.

X’tip ta’ kundizzjonijiet ambjentali fuq l-art u fuq il-baħar kienu wżati għall-evalwazzjoni tas-sit?

Fl-istadju tal-kunċett tad-disinn għal dan il-proġett sar Environmental Impact Assessment (EIA) komprensiv u dan kien ta’ punt ta’ referenza għall-ElectroGas Malta biex intuża waqt li sar id-disinn dettaljat u l-kostruzzjoni. Saru xi modifikazzjonijiet neċessarji fuq l-EIA meta aħna għamilna d-disinn dettaljat, li hi xi ħaġa normali li ssir għal dan it-tip ta’ proċess. Dawn kienu evalwati u ntbagħtet stqarrija updated lill-Awtoritajiet biex ikun konfermat li dawn it-tibdiliet ma jkollhomx impatti negattivi.

X’impatti ekonomiċi se jirriżultaw b’riżultat ta’ din il-faċilità tal-LNG?

Din il-faċilità ġdida li qed tinbena fin-Nofsinhar ta’ Malta diġà għamlet u se tkompli tiġġenera u tappoġġja diversi żviluppi ekonomiċi matul il-kumplament tal-kostruzzjoni u anki waqt li tibda taħdem. Il-benefiċċji ekonomiċi huma kemm diretti kif ukoll sekondarji.

L-impatti diretti jinkludu l-ħolqien ta’ mpiegi mhux biss mal-ElectroGas Malta imma wkoll għall-Operaturi li joperaw u jagħmlu l-manutenzjoni tal-faċilitajiet, kif ukoll għal żieda fl-infiq fin-negozji waqt il-fażijiet tal-kostruzzjoni u meta tkun taħdem il-faċilità.

L-impatti ekonomiċi sekondarji nħolqu billi kien hemm talba għall-proviżjoni u s-servizzi għall-faċilitajiet tal-ElectroGas Malta u minħabba f’hekk kien hemm żieda fl-impiegi u fl- attività kummerċjali meħtieġa biex jipproduċu dawn il-bżonnijiet u s-servizzi.

L-ElectroGas Malta qed tikkunsidra li xi darba tiftaħ l-impjant għall-pubbliku?

Iva, ElectroGas Malta se torganizza tour għall-pubbliku meta l-impjant ikun jaħdem u l-perjodu tal-ittestjar ikun komplut. Dawn se jkunu tours bi gwidi għal kulmin hu interessat li jkun jaf aktar dwar l-impjant u l-proċessi li jsiru fih. Dawn it-tours fl-impjant jingħataw promozzjoni mal-pajjiż kollu u jkunu reklamati fuq diversi media. Wara mbagħad ElectroGas Malta ikunu jistgħu jiġu kuntattjati minn gruppi individwali interessati, u fil-futur aħna se nagħmlu l-almu kollu tagħna biex nakkomodaw tours bi gwida.

Żomm ruħek infurmat/a bl-aħħar aħbarijiet permezz ta’ dan is-sit.

Fejn wieħed ikun jista’ jsib aktar informazzjoni u jkollu tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħu?

Tista’ tibbrawsja dan is-sit għal kull tip ta’ nformazzjoni u fatti mid-diversi sezzjonijiet li ssib għad-dispożizzjoni tiegħek. Tista’ wkoll iċċempel lill-Head Office tagħna f’Malta fuq (+365) 2540 1200 jew tibgħatilna email fuq info@electrogas.com.mt

Neil AzzopardiMaltese FAQs